Seba’ t’elef sitt mija u sbatax-il persuna rċevew aktar minn elf mija ħamsa u ħamsin ewro kull wieħed f’pagament ta’ benefiċċji li qed jingħataw lill-persuni milquta mill-pandemija.
Tħallsu ukoll tmien mija u tmenin elf ewro f’kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali. B’hekk in-nefqa tal-gvern f’benefiċċji għal waqt il-pandemija issa telgħet għal kważi disa’ miljun ewro.
Dawn id-dettalji ħabbarhom il-Ministru għall-familja u s-solidarjetà soċjali Michael Falzon f’konferenza tal-aħbarijiet bħala parti mis-seba’ proċess ta’ ħlasijiet ta’ benefiċċji.
Minn dawk li ibbenefikaw hemm ħames t’elef seba’ mija u tmenin persuna, li jew rċievew il-benefiċċju tal-ġenituri li waqfu jaħdmu biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom, jew dak mediku, jew tad-diżabilità waqt li żammew l-impjieg.
Hekk kif bdejna ngħixu f’normalità ġdida, aktar minn ħames mitt persuna waqfu jieħdu l-benefiċċju hekk kif irritornaw għax-xogħol. B’din l-għajnuna u l-iskemi tal-Malta Enterprise, ġew salvati disgħa u disgħin elf impjieg.
Il-Ministru Michael Falzon qal li huwa sodisfatt li l-gvern kien ta’ spalla fuq kull livell.
Minn meta faqqgħet il-pandemija f’Malta sa issa, daħlu għaxar t’elef mitejn tlieta u sittin applikazzjoni, u ġew maħduma tmienja u disgħin punt tmienja fil-mija tal-applikazzjonijiet.