Raġel ta’ 53 sena li kellu kundizzjonijiet mediċi kroniċi miet infettat bil-COVID-19 – One News

Notifiki

Raġel ta’ 53 sena li kellu kundizzjonijiet mediċi kroniċi miet infettat bil-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li raġel ta’ 53 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f’pajjiżna. 

Ir-raġel, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellu numru ta’ kundizzjonijiet mediċi kroniċi oħra. Huwa ġie ttestjat għal-Covid-19 fid-9 ta’ Mejju.

 Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei matul il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, għax hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Ara wkoll:

Il-Professur tal-qalb Aaron Casha huwa s-sitt persuna li miet bil-COVID-19

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend