Oppożizzjoni mifxula u mhux preparata – One News

Notifiki

Oppożizzjoni mifxula u mhux preparata

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tinsab għal darb’oħra mifxula u mhux preparata quddiem Gvern li b’konvinzzjoni hu lest biex ikompli jtejjeb l-Istituzzjonijiet Maltin, filwaqt li jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjżna fuq livell internazzjonali.

Wara li għal xhur sħaħ, esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista għamlu ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta barra minn xtutna, llum l-Oppożizzjoni qalet biss illi se tkun qed tistudja l-proposti li l-Gvern bgħat lill-Kummissjoni Venezja.

Pajjiżna jixraqlu Oppożizzjoni serja u li lesta toffri alternattiva serja għall-Gvern. Tal-lum hi konferma ta’ kemm f’Malta għandna Oppożizzjoni dagħjfa u xotta mill-ideat.

Il-Partit Laburista jtenni li l-Gvern għandu jkompli jisma’ x’għandhom xi jgħidu l-partijiet kollha intereressati, inkluż is-soċjeta’ ċivili. Dan sabiex imbgħad il-Gvern ikompli għaddej bir-riformi pjanati skont l-aħjar interess tal-pajjiż.

Aqra wkoll:

Ippubblikati l-proposti għar-riformi fil-ġudikatura li ntbagħtu lill-Kummissjoni Venezja u li ġew imfissra bħala pakkett ta’ riformi storiċi

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend