“Ma nistax nemmen li qed nikteb dan il-kliem” – bint Aaron Casha – One News

Notifiki

“Ma nistax nemmen li qed nikteb dan il-kliem” – bint Aaron Casha

“Ma nistax nemmen li qed nikteb dan il-kliem.” Stqarret it-tifla tat-tabib Aaron Casha li tilef ħajtu kawża tal-Coronavirus.

Hija stqarret li r-reżiljenza ta’ missierha kienet taffaxxina lil kulħadd, speċjalment matul dawn l-10 snin u b’mod partikolari din is-sena.

Il-bint kompliet tgħid li tinsab kburija li għamlet minn kollox biex missierha jħossu komdu, mifhum u maħbub. Hija tħossha xxurtjata li kellha lilu bħala missierha.

Il-bint qalet li se tħoss in-nuqqas tad-diskursati u l-mumenti fejn kienu jaqsmu l-interessi tagħhom Imma qalet li l-unika konsolazzjoni li għandha hi li taf li issa jinsab f’post aħjar u li ma għadux jissielet mal-ħajja.

 

Aqra wkoll:

Il-Professur tal-qalb Aaron Casha huwa s-sitt persuna li miet bil-COVID-19

Raġel ta’ 53 sena li kellu kundizzjonijiet mediċi kroniċi miet infettat bil-COVID-19

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend