Xandiriet ta’ World Pro Racing fuq ESPN – One News

Notifiki

Xandiriet ta’ World Pro Racing fuq ESPN

World Pro Racing, kumpanija Maltija fil-qasam tal-esports, tissieħeb ma’ ESPN biex jixxandru t-tlielaq fuq stazzjon internazzjonali b’miljuni ta’ segwaċi. World Pro Racing ilha topera mill-2017 u pass pass dejjem baqgħat tielgħa sal-quċċata, tikkompeti ma’ kumpaniji oħra b’saħħithom.

It-tlielaq li torganizza WPR dejjem ġew imxandra fuq l-internet b’mod internazzjonali, però issa b’staffa ogħla fejn it-tlielaq se jintwerew lil udjenza enormi. Mhux talli hekk biss imma WPR tħares it-tlielaq li torganizza mid-direttur tat-tellieqa li huwa liċenzjat mill-FIA, Adrian Figallo kif ukoll George Muscat. Figallo tenn jgħid li b’dan qed nagħtu l-esperjenza tad-dinja reali tal-Motorsport lis-sewwieqa li jieħdu sehem f’dawn it-tlielaq reali. Issa aktar minn qatt qabel qed naraw diversi sewwieqa mid-dinja tas sim racing imorru fid-dinja reali tal-motorsport, b’hekk ix-xuffiera jkunu ppreparati għal dak li se jkunu qed jaffaċċjaw fuq it-trakka. World Pro Racing ser tiġi bżonn aktar nies biex jiġu mħarrġin fil-qasam tal-istewarding ta’ dawn it-tlielaq virtwali.

Dan huwa suċċess kbir fid-dinja tal-esports speċjalment għall-pajjiż. World Pro Racing qed tiġi mqabbda minn diversi manifatturi tal-Motorsport reali biex torganizzalhom tlielaq virtwali f’isimhom li se jixxandru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni oħra. Dan ix-xogħol ried ħafna ħin u determinazzjoni, qal Justin Mifsud id-direttur tal-esports li jieħu ħsieb it-teknoloġija f’WPR kif ukoll direzzjoni tax-xandiriet. Is-sagrifiċċju li ħadna fil-bidu sakemm il-kumpanija tieħu r-reputazzjoni tagħha kienet iebsa ħafna però wasalna s’hawn grazzi għat-tim kollu wara WPR.

Fil-jiem li ġejjin se jitħabbru tlielaq professjonali li l-pubbliku ser ikun jista’ jara kemm fuq ESPN+ kif ukoll fuq l-internet fil-kumdità ta’ darhom. L-ewwel tellieqa li ser ixxandar WPR hija l- kampjonat tal-Griiip G1 Virtual Series, fejn ser itellqu sewwieqa reali kif ukoll uħud mill-aqwa sewwieqa mondjali fis-sim racing minn diversi pajjiżi, bħal Brażil, l-Italja, is-Slovenja, l-Ingilterra kif ukoll Malta fost pajjiżi oħra. Minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 is-sim racing sploda u għen ħafna xufiera tal-Motorsport reali biex ikomplu jitħarrġu kif ukoll jidħlu fid-dinja tal-esports.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend