Tittieħed l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku ħdejn l-Università – One News

Notifiki

Tittieħed l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku ħdejn l-Università

Mara ta’ 59sena mill-Ħamrun indarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident ta’ traffiku qrib ir-roundabout tal-Università direzzjoni lejn Birkirkara.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:20 ta’ waranofsinhar.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u Tim mediku li assistew lill-mara sabiex tinħareġ mill-vettura. Hija ttieħdet permezz t’Ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet ċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend