AĠĠORNAT: Tfajla ta’ madwar 15-il sena tmut wara li waqgħet minn gallerija f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Tfajla ta’ madwar 15-il sena tmut wara li waqgħet minn gallerija f’Tas-Sliema

Tfajla Taljana ta’ 15-il sena,li toqgħod San Ġwann tilfet ħajjitha wara li waqgħet madwar erba’ sulari minn gallarija ta’ appartament li jinsab fil-ponta ta’ Tigne, f’Tas-Sliema.

Il-każ ġara t-Tlieta għall-ħabta tad-9:00 ta’ filgħaxija.

Il-vittma ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Għal dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Audrey Demicoli fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend