Notifiki

Għajta waħda għall-għaqda nazzjonali

“Għajta Waħda”

Dan hu l-isem ta’ sensiela ta’ kunċerti virtwali li ser jixxandru mill-Ħadd 17 ta’ Mejju minn artisti lokali sabiex iħeġġu u jippromovu l-għaqda nazzjonali.

Il-kunċerti li ser ikunu qed jiġu preżentati lill-pubbliku taħt il-patronċinu tal-Eċċelenza tiegħu l-President George Vella se jkunu joffru ġeneri mużikali differenti, fosthom b’mużika popolari u produzzjonijiet klassiċi li jpaxxu l-widna.

L-ispettaklu se jikkonsisti f’mużika minn bands, fosthom il-Brass House Unit, Daniel mill-Big Band Brothers, Sterjotipi u The Crowns.

Dan filwaqt li membri tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jdoqqu siltiet mużikali pjaċevoli f’kull kunċert waqt li entitajiet kulturali lokali ser iżidu wkoll mal-valur artistiku ta’ dawn il-kunċerti nazzjonali.

Il-President George Vella spjega wkoll kif matul dawn il-kunċerti l-pubbliku ser imħeġġeġ jikkontribwixxi għall-Malta Community Chest Fund.

Huwa stqarr: “Wieħed ikun jista anke waqt li qed jara l-programm, jista’ jikkontribwixxi xi ftit għall-Malta Community Chest Fund.”

Il-Ministru għall-Arti Josè Herrera sostna li dawn il-kunċerti huma xhieda ta’ kemm l-isfidi qed nibdluhom f’opportunitajiet.

L-Onor. Herrera sotna: Dan huwa kunċert li qed jgħin ‘il fuq minn 30 artist u din hija haħa li l-Ministeru tiegħi qed jippromovi jiġifieri li fejn jista’ jkun ngħinu l-artisti.”

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli sostniet  li permezz ta’ dawn il-kunċerti t-turisti prospettivi jistgħu jaraw viżwal differenti fuq Malta.

Hija qalet: “Aħna permezz tal-Ministeru tat-Turiżmu u l-MTA nuru portafoll differenti lit-turist anke permezz tal-viżwal li se jkun qiegħed għaddej.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend