Fir-Russja: Ħames pazjenti bil-Coronavirus imutu minħabba nirien ġo sptar – One News

Notifiki

Fir-Russja: Ħames pazjenti bil-Coronavirus imutu minħabba nirien ġo sptar

Nirien li ħakem sptar f’San Pietruburgu qatel ħames pazjenti bil-Coronavirus u li kienu qed jiġu kkurati fit-taqsima tal-kura intensiva.

Huwa mifhum li n-nirien beda minn short elettriku ta’ ventilatur. 150 persuna ġew evakwati mill-binja filwaqt li n-nirien ġew ikkontrollati f’qasir żmien.

Ir-Russja għandha t-tielet l-ogħla rata ta’ numru ta’ infezzjonijiet ikkonfermati madwar id-dinja.

Fil-jum tat-Tnejn, il-President Russu Valdimir Putin, ħabbar tnaqqis ta’ restrizzjonijiet kontra l-imxija tal-coronavirus minkejja li rraportaw żieda rekord ta’ każijiet.

Fil-belt Russa, Moska, il-pubbliku huwa obbligat li jilbes il-maskri u ingwanti meta jużaw it-trasport pubbliku kif ukoll meta jidħlu fil-ħwienet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend