“Il-ħajja wara l-lockdown tista’ tkun stressanti għal uħud” – Espert tas-Saħħa Mentali Kanadiż – One News

Notifiki

“Il-ħajja wara l-lockdown tista’ tkun stressanti għal uħud” – Espert tas-Saħħa Mentali Kanadiż

Fid-dawl li diversi pajjiżi li bdew jillaxkaw diversi restrizzjonijiet reltati mal-imxija tal-Coronavirus, bosta esperti tas-saħħa Kanadiżi nnotaw li qed jfeġġ fenominu ieħor dak ta’ anzjetà rigward il-ħajja wara l-lockdown.

Il-Professur Dr Steven Taylor mid-dipartiment tal-Pskijatrija fil-University of British Columbia fil-Kanada tenna li tista’ tkun stressanti għal bosta persuni.

Dan minħabba li dawn il-persuni qegħdin jippruvaw ikampaw billi jitgħallmu jħobbu din in-normalità l-ġdida tal-lockdown.

Dan billi jikkreaw spazju sigur għalihom nfushom sabiex jagħmlu din l-esperjenza aktar tollerabbli.

Ironikament ‘l quddiem, din tista’ toħloq problemi minħabba li jkollhom anzjetà li joħorġu barra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend