BIL-FILMAT: Ħaddiema tal-MaltaPost isellmu l-memorja ta’ Elenia Briffa – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Ħaddiema tal-MaltaPost isellmu l-memorja ta’ Elenia Briffa

Ħaddiema tal-MaltaPost sellmu l-memorja tal-pustiera ta’ 19 -il sena, Elenia Briffa li mietet traġikament f’inċident tat-traffiku aktar kmieni dil-ġimgħa.

F’vidjow li ttella’ fuq il-midja soċjali, il-ħaddiema ta’ Maltapost jidhru jċapċpu barra l-uffiċċju tal-Marsa, l-istess triq fejn iż-żagħżugħa tilfet ħajjitha.

L-inċident traġiku seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa, meta Briffa tilfet il-kontroll tal-vettura tal-għamla Paxter li kienet qed issuq.

Il-karozza nqalbet bil-konsegwenza li t-tfajla spiċċat maqbuda taħtha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend