Notifiki

7 każijiet ġodda ta’ Coronavirus fosthom omm u bint ta’ sentejn irriżultaw fil-pożittiv għall-virus

Fl-aħħar sigħat feġġew 7 każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna.

Is-7 persuni rriżultaw pożittiv għall-virus minn fost seba’ 178 test.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-każijiet pożittivi f’Malta issa telgħu għal 503.

Persuna li għandha bejn l-10-19 -il sena fieqet mill-virus biex issa għandna 64 każ attiv.

Il-Professur Gauci qalet li omm u bint ħarġu pożittivi għall-Coronavirus. L-omm ta’ 41 sena bdiet bis-sintomi ta’ deni u uġigħ fil-muskoli fid-9 ta’ Mejju. Bintha ta’ sentejn bdiet bis-sintomi ta’ uġigħ fiż-żaqq fit-8 ta’ Mejju.

3 persuni li jaħdmu f’sala fl-isptar Mater Dei rriżultaw ukoll pożittiv għall-COVID-19. Maltija ta’ 41 sena kellha s-sintomi ta’ qtugħ ta’ nifs u uġigħ fis-sider fost oħrajn. Filwaqt li Malti ta’ 24 sena u Maltija ta’ 26 sena, li jaħdmu fl-istess sala, ma kellhom l-ebda sintomi imma ħarġu pożittivi wara li ġew ittestjati mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Malti ta’ 41 sena li huwa ħaddiem tas-saħħa f’Karin Grech rriżulta pożittiv għal Coronavirus. Huwa ma kellu l-ebda sintomi u nqabad pożittiv minn eżaminar li qed isir mill-Awtoritajiet tas-saħħa.

Il-Professur Gauci qalet li Maltija ta’ 30 sena ukoll ġiet pożittiva għall-Coronavirus. Il-mara ma kellha l-ebda sintomi iżda marret mas-sieħeb tagħha biex isir test fuqu wara li qal li beda jħoss xi sintomi. Is-sieħeb tagħha rriżulta negattiv u hi sar magħruf li hi infettata.

Il-Professur Gauci qalet li f’kull każ pożittiv li nqabad, l-awtoritajiet tas-saħħa qed jintraċċaw il-persuni li seta’ kellhom kuntatt ma’ dawk nfettati.

Spjegat li persuna nfettata bil-coronavirus qed tingħata l-kura fit-taqsima għall-kura intensiva filwaqt li persuna oħra qed tinżamm fit-taqsima tal-mard infettiv fl-isptar Mater Dei.

Dan filwaqt li tliet persuni qed jingħataw il-kura fl-Isptar Boffa u tlieta oħra fl-isptar St. Thomas.

Il-Professur Gauci stqarret, “Ir-rata ta’ admissions u r-rata ta’ mwiet żammejnihom baxx. Sforz tal-miżuri li ttieħdu u l-kollaborazzjoni tal-pubbliku. Qed nirilaxxaw il-miżuri pero mhux se mmorru l-ħajja normali tagħna għalissa.”

Kompliet tappella sabiex jiġu mħarsa n-nies vulnerabbli minn din l-imxija.

“Inżommu sitwazzjoni stabbli ħalli b’hekk nkomplu nerħu mill-miżuri u nipproteġu lill-persuni vulnerabbli.” Temmet tgħid il-Professur Gauci.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend