Malta kisbet riżultati pożittivi anki fil-pandemija – il-PM – One News

Notifiki

Malta kisbet riżultati pożittivi anki fil-pandemija – il-PM

Fiż-żmien tal-pandemija Malta xorta rnexxielha tikseb riżultati pożittivi fis-settur ekonomiku.

Qal dan il-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela, meta rrefera għar-rapport ekonomiku minn Università fi New York, li wera li Malta qiegħda l-ewwel fid-dinja bħala pajjiż li offra l-awqa skemi t’għajnuna finanzjarja lin-negozji milquta mill-Coronavirus.

Il-Prim Ministru saħaq, “Fiduċjuż għaliex hemm in-numri li qed jitkellmu waħedhom, qed nara l-fiduċja li għandhom in-negozji tagħna li f’perjodu ta’ ġimgħat ser nerġgħu nistimulaw l-ekonomija tagħna b’mod b’saħħtu, qed nitkellmu issa dwar perjodu fejn diġa’ bdejna niftħu l-istabbilimenti kummerċjali u fil-ġranet li ġejjin se nkomplu niftħu l-bqija tal-istabillimenti kummerċjali li ġew magħluqin waqt il-COVID. Dan kollu stajna nagħmluh u l-miżuri finanzjarji li nedejna stajna nagħmluhom għax kellna ekonomija b’saħħitha.”

B’refernza għat-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea li l-ekonomija Maltija se tieħu daqqa inqas f’din il-pandemija sal-elfejn wieħed u għoxrin, il-Prim Ministru qal li dan kollu juri kemm Malta ħadet miżuri bbilanċjati u bi pjan.

Dr Abela stqarr, “Is-suċċess li kellna f’dawn l-aħħar 7 ġimgħat, raġuni ewlenija għalih kienet li l-miżuri li ħadna kienu meqjusa, la kienu ħfief iż-żejjed u lanqas kienu ebsin iż-żejjed. Hekk ukoll għall-ġimgħat li ġejjin nara li nużaw l-istess metodu illi filwaqt nieħdu l-prekawzzjonijiet li hemm bżonn fl-istess waqt dawk il-prekawzzjonijiet ma jistgġux ikunu rigidi ż-żejjed.”

Roberta Abela nnota wkoll li Malta qed ikollha riżultati pożittivi ferm fis-settur tas-saħħa.

Il-Prim Ministru kompla jgħid, “Suċċess li jrid jibqa’ għaddejj fix-xhur li ġejjin li wkoll se jkunu diffiċli minhiex qed nantiċipa li jkollna diffikulta mill-aspett ta’ saħħa għaliex l-awtoritajiet tas-saħħa wrewna kemm huma tal-affari tagħhom, jafu x’qed jagħmlu professjonali u għaldaqsant hemmek għandi rasi kompletament mistrieħa li l-istess xogħol li sar f’dawn l-aħħar ġimgħat ser jibqa’ għaddejj biex niżguraw li s-saħħa tal-poplu tibqa’ waħda protetta kif kienet.”

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ta’ kuraġġ, u qal li l-pandemija se tibqa’ mnaqqxa fl-istorja ta’ pajjiżna bħala turija ta’ kemm il-poplu Malti u Għawdxi kien wieħed kuraġġuż u rnexxielu jirbaħ ċirkostanzi straordinarji.

Dr Abela temm jgħid, “Għad jiġu s-snin fejn kulħadd iħares lura u jgħid fis-sena 2020 id-dinja għaddiet minn pandemija, Għawdex u Malta għaddew minn pandemija, ir-riżultati li kellhom Għawdex u Malta għad jiġu mfakkra bħala moment storiku fil-pajjiż moment ta’ success għall-pajjiż, fejn minkejja d-diffikulta enormi li qatt ma kellna bħala mit-tieni gwerra dinjija sal-lum il-pajjiż qam għall-okkażżjoni in-nies qamu u kienu akbar mill-pandemija.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend