Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna jilqa’ l-ftehim għall-pakkett ta’ għajnuna Ewropew għall-kriżi tal-pandemija – One News

Notifiki

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna jilqa’ l-ftehim għall-pakkett ta’ għajnuna Ewropew għall-kriżi tal-pandemija

F’laqgħa virtwali mal-Ministri tal-Finanzi kollha taż-Żona Ewro, il-Ministru Edward Scicluna laqa’ l-ftehim għall-pakkett t’għajnuna għall-kriżi tal-Pandemija mill-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istabbiltà.

Dan il-pakkett ser ikun disponibbli għall-kull stat membru tal-Unjoni Ewropea sabiex jintuża għall-finanzjamenti domestiċi diretti jew indiretti ta’ saħħa, kura u spiżi għall-prevenzjoni relatati mal-Covid-19.

Kull stat membru se jieħu daqs 2% tal-Prodott Domestiku Gross tiegħu.

Waqt din id-diskussjoni l-Ministru Scicluna spjega li hemm bżonn iktar trasparenza mill-Kummissjoni sabiex tinkoraġixxi aktar self pubbliku mill-banek.

Il-ġimgħa d-dieħla l-Ministri tal-Finanzi ewropej ser ikunu qed jerġgħu jiltaqgħu sabiex jiddiskutu miżuri mmirati li jassistu l-irkupru tal-ekonomija Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend