Delia ma jġerraħx rapport li poġġa lil Malta bl-aqwa pakkett t’għajnuna fid-dinja – One News

Notifiki

Delia ma jġerraħx rapport li poġġa lil Malta bl-aqwa pakkett t’għajnuna fid-dinja

Waqt intervista fuq l-istazzjon tiegħu Adrian Delia saħaq li Gvern Laburista m’għandux sensittività għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.  Dan jum biss wara li studju awtorevoli minn ‘Columbia University’ fl-Istati Uniti u li saħansitra kien irrapurtat mill-BBC poġġa lil Malta fl-ewwel post minn 166 pajjiż bl-aktar pakkett finanzjarju t’għajnuna favur in-negozji u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Delia stqarr: “Wera biċ-ċar illi mhux talli m’għandux is-sensittività, ta’ dawk illi huma l-ħtiġijiet, il-‘concerns’, biżgħat, l-isfidi ewlenin tan-negozji bħalissa u allura tal-ħaddiema kollha li jaħdmu.”

Il-ġurnalist li kien qed jintervista lil Adrian Delia nnota kif ir-rimarki ta’ Delia dwar il-miżuri li qed jieħu dan il-gvern sabiex jgħin lil ħaddiema u n-negozji jikkuntrastaw bil-kbir mat-tbassir tal-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu.

Il-ġurnalist qal: “Meta ħareġ din il-ġimgħa l-ispring forecast tal-Kummissjoni Ewropea, dawn qed jgħidu illi Malta fejn pajjiżi oħra mhux ser taqla’ dik id-daqqa u ser tkun qed tirkupra, t-tbassir huwa li ser tkun qed tirkupra qabel f’telf ta’ mpjiegi, ta’ qgħad, u fuq sens ekonomiku. Ma taħsibx li għaġġilt meta għidt li kien reattiv u selettiv, għaliex naħseb xi ħaġa tajba l-Gvern għamel biex kieku ma kienx joħroġ dat-tbassir. Dat-tbassir ma sarx minn Kastilja.”

Madankollu, Delia baqa’ surreali. Hu sostna: “Le ma naħsibx illi għaġġilt.”

B’rabta mal-immigrazzjoni, Delia injora wkoll iċ-ċirkostanzi straordinarji li għaddejin minnhom minħabba l-kwistjoni t’emerġenza tas-saħħa pubblika kawża tal-imxija tal-Coronavirus.

Hu saħaq: “Bħalissa ċ-ċirkostanzi huma straordinarji.”

“Huma x’inhuma.”

F’intervista ta’ kważi nofs siegħa, Delia nfexx jattakka lill-Prim Ministru u quddiem in-nefqa soċjali anke fuq persuni milquta mill-pandemija, Delia staqsa dwar ir-ruħ soċjali.

Dan qalu ftit wara li sar magħruf aktar minn 7,000 persuna rċievew aktar minn €1,000 kull wieħed f’benefiċċji ta’ għajnuna li qed jingħataw lill-persuni milquta mill-pandemija.

In-nefqa tal-Gvern f’benefiċċji issa telgħet għal €7,350,000 filwaqt li kważi l-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji ġew proċessati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend