ARA: Id-diffikultajiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom – One News

Notifiki

ARA: Id-diffikultajiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom

Persuni b’diżabilità u nies viċin tagħhom, qed jappellaw għal aktar kuxjenza u komunikazzjoni fil-pandemija tal-COVID-19.

ONE News tkellem ma’ Nicolette Aquilina Cutajar, persuna nieqsa mis-smigħ, li spjegat li minkejja li qed tadatta għal din is-sitwazzjoni, qed taffaċċja diversi diffikultajiet, l-aktar biex tikkomunika.

Nicolette stqarret li tixtieq li jkun hawn aktar kuxjenza fuq il-bżonnijiet ta’ persuni neqsin mis-smigħ, li biex jikkomunikaw aħjar f’dan iż-żmien jistgħu jużaw il-mobiles jew is-sinjali.

Qalet li nies neqsin mis-smigħ qed isibu diffikultà biex jikkomunikaw mas-soċjetà inġenerali għaliex meta persuna tkun liebsa maskra mhux trasparenti, tkun impossibbli għal persuni neqsin mis-smigħ biex jifhmu dak li jkunu qegħdin jgħidu għaliex ma jkunux jistgħu jaqraw ix-xufftejn.

Nicolette stqarret magħna: “Jiena persuna nieqsa mis-smigħ u nħossni aktar stressjata għaliex issa li kulħadd bil-maskra, aħna ma nkunux nistgħux naqraw ix-xufftejn.”

ONE News tkellem ukoll ma’ omm tifel b’diżabilità ta’ 9 snin dwar it-tbatijiet li qed jgħixu bħala familja waqt il-pandemija.

Rebecca sostniet: “Bħala omm li għandi tifel b’biżabilità u diżabilità progressiva li għandu ADHD, awtiżmu, Down Syndrome, authism, qed tkun tkun diffiċli ħafna ħafna. Dawn it-tfal kif joħorġu mir-rutina l-behaviour tagħhom u it is very very uncontrollable.”

Rebecca spjegat li binha ma jitkellimx u f’ċerti sitwazzjonijiet diffiċli tfehmu għaliex irid joqgħod ġewwa u jsir aggressiv.

Hija spjegat ukoll id-diffikultajiet li qed jaffaċċjaw il-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità minħabba li ngħalqu ċ-ċentri fil-komunità:

“Dis-sitwazzjoni għallmitna ħafna anke bħala ġenituri għallmitna ħafna, forsi ttina aktar grinta biex ovvjament naraw is-sitwazzjoni u fejm għandna bżonn insaħħu s-settur tad-diżabilità”, efasizzat l-omm.

Minkejja d-diffikultajiet, Rebecca sostniet li din hija opportunità sabiex jissaħħaħ is-settur u titqajjem aktar kuxjenza dwar il-persuni b’diżabilità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend