8 persuni oħra jfiqu u każ ġdid ta’ Coronavirus – One News

Notifiki

8 persuni oħra jfiqu u każ ġdid ta’ Coronavirus

Tmien persuni oħra fiequ mill-coronavirus f’pajjiżna, biex it-total ta’ nies imfejqa tela’ għal 427.

Minn dawn, erba’ persuni għandhom bejn l-20 u d-29 n sena, tliet persuni għandhom bejn 30 u d-39 sena, u persuna waħda li għandha bejn il-50 u d-59 sena.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li fl-aħħar sigħat feġġ każ ieħor ta’ coronavirus minn fost elf u sitt testijiet li saru. Mindu feġġ l-ewwel każ, kien hawn 490 persuna nfettati bil-coronavirus f’pajjiżna, u l-każijiet attivi bħalissa huma tmienja u ħamsin.

Il-każ ġdid huwa ta’ Spanjol ta’ erbgħa u tletin sena li jaħdem Malta u li bħalissa kien qed jaħdem mid-dar, li ħarġulu s-sintomi fis-sebgħa ta’ Mejju. Huwa jgħix ma’ persuna oħra li wkoll għandha s-sintomi u sarilha t-test.

Il-Professur Gauci appellat għall-użu sew tal-maskri, li meta tintlibes, tgħatti l-imnieħer, il-ħalq u l-geddum.

Hi spjegat: “Ġieli qegħdin naraw sitwazzjoni fejn in-nies ma jgħattux imneħirhom, iniżżlu l-maskla ’l isfel. Din hija ta’ riskju ħafna għall-persuna nnifisha għaliex jekk toqgħod tmiss il-maskra tista’ tikkontamina lilek innifsek, u anki ta’ riskju lil ħaddieħor.”

Mistoqsija minn ONE News dwar tiġijiet li kienu skedati għal din is-sena, il-Professur Gauci qalet li ma tistax tgħid x’se jiġri fix-xhur li ġejjin, iżda s-sitwazzjoni bħalissa żgur ma tippermettix li jsiru tiġijiet.

Is-Supretendent tas-Sa]]a Pubblika sostniet: “Nafu li t-tiġijiet Maltin, bħal diversi funzjonijiet oħra, ikunu tiġijiet li huma kbar b’numru ta’ nies ma’ xulxin u bħalissa s-sitwazzjoni li qegħdin fiha żgur li ma tippermettix din is-sitwazzjoni għax tkun ta’ riskju kbir għat-trażmissjoni ta’ dan iil-virus.”

Lejlet Jum l-Omm, il-Professur Gauci appellat li l-miżuri fis-seħħ jibqgħu jiġu segwiti, u fakkret l-importanza li anki fiċ-ċimiterji, ma jkunx hemm iffullar u tinżamm id-distanza meħtieġa.

Il-Prof. Charmaine Gauci appellat: “L-aqwa rigal li nistgħu nagħtu lil ommijiet tagħna huwa li aħna nkomplu nipproteġuhom f’saħħithom allura nerġa’ ntenni l-appell tiegħi biex ejja nibqgħu nipproteġu lil ommijiet tagħna u ma nkunux qrib tagħhom f’dak il-kuntatt fiżiku għax hemmhekk nistgħu npoġġuhom iktar f’riskju.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend