Il-Protezzjoni Ċivili ssalva lil Buddy wara li waqa’ f’bir f’Chadwick Lakes – One News

Notifiki

Il-Protezzjoni Ċivili ssalva lil Buddy wara li waqa’ f’bir f’Chadwick Lakes

Aktar kmieni llum membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili salvaw lil Buddy wara li waqa’ f’bir ta’ seba’ metri f’Chadwick Lakes.

Kienu sitt pumpiera mill-istazzjon temporanju ta’ Ħad-Dingli li dlonk irrispondew għal rapport li waqa’ kelb f’bir vojt, ta’ madwar seba’ metri.

Fortunatament wara ħidma sfieqa mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Buddy ġie salvat u ngħata lura lis-sidien tiegħu. Il-kelb fortunatament ma ġarrab ebda ġrieħi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend