Il-bandiera Maltija tperper f’dar f’Londra fl-okkażjoni tal-75 anniversarju minn tmiem il-gwerra – One News

Notifiki

Il-bandiera Maltija tperper f’dar f’Londra fl-okkażjoni tal-75 anniversarju minn tmiem il-gwerra

Dar f’Londra ħasbet li filwaqt li tfakkar il-75 anniversarju minn tmiem il-gwerra billi tperper bandiera tar-Renju Unit, tfakkar ukoll l-irwol ta’ Malta f’dan l-avveniment storiku.

Din kienet l-idea ta’ koppja – raġel Ingliż u mara Maltija.

B’mod simili għal dak li qed jiġri f’pajjiżna, fir-Renju Unit miljuni ta’ djar qegħdin itajru l-famuż Union Jack mat-twieqi u l-gallariji.

Dan mhux biss biex ifakkru dan l-anniversarju ta’ Jum ir-Rebħ fl-Ewropa, iżda wkoll bħala messaġġ ta’ kuraġġ fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend