Trump jiddeskrivi l-Coronavirus bħala attakk agħar minn dak tat-Twin Towers – One News

Notifiki

Trump jiddeskrivi l-Coronavirus bħala attakk agħar minn dak tat-Twin Towers

Il-President Amerikan Donald Trump iddeskriva l-pandemija tal-Coronavirus bħala l-agħar attakk li laqat lill-Istati Uniti dan filwaqt li ppunta subgħajh lejn iċ-Ċina.

Trump qal li din it-tifqigħa laqtet lill-Amerika ħafna aktar mill-attakk f’Pearl Harbour fit-Tieni Gwerra Dinjija u fuq it-Twin Towers li tmur lura żewġ diċenji ilu.

Il-Gvern ta’ Beijing sostna li l-Istati Uniti qed tirreaġixxi b’dan il-mod sabiex tneħħi l-attenzjoni minn fuq il-mod kif dan il-pajjiż qed jirrispondi għal din il-pandemija.

Minn meta tfaċċa dan il-virus fil-belt ta’ Wuhan f’Diċembru li għadda, huwa kkonfermat li l-Coronavirus infettat mal-wieħed punt żewġ miljun Amerikan filwaqt li aktar minn 73,000 persuna mietu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend