Notifiki

Il-VAT fuq il-maskri huwa ta’ 5% flok 18%


Il-Gvern iddeċieda li l-VAT fuq ilbies protettiv jonqos minn 18% għal 5%.

Ħabbar dan il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri waqt il-ħin tal-mistoqsijiet fis-seduta Parlamentari tal-Erbgħa filgħaxija. 

Dan it-tnaqqis fit-taxxa japplika għall-maskri, visors u PPEs fost oħrajn.

Il-Ministru Schembri spjega: “Rajna li l-VAT fuq dawn kien ta’ 18%. Issa se naqsu din ir-rata għal 5%, biex anki forsi naraw li l-prezzijiet jorħsu saħħansitra aktar.”

Dan it-tnaqqis fir-rata tal-VAT ġie wara li l-Gvern rregola il-prezzijiet tal-maskri u l-visors.

Minn nhar it-Tnejn, ġie ffissat  rezz fuq il-maskri, biex is-surgical masks li jintremgħu wara li jintużaw ma jinbiegħux aktar minn 95 ċenteżmu,  filwaqt li l-prezz tal-visors ma jkunx t’aktar minn ħames ewro.

“Aħna bħala Gvern dejjem ngħidu li pro buisness. Però li tkun pro buisness jew pro market imma ma jfissirx li titmexxa mill-buisness. Ikollok ċerti linji ta’ prinċipju li ma jinqabżux. U għal Partit Laburista fil-Gvern ma kien aċċettabbli. Waqafna u illum ilħaqna ftehim.”

Il-Ministru Silvio Schembri rringrazzja lill-kamra tal-ispiżjara tal-koperazzjoni tagħhom biex il-bejgħ ta’ dan l-ilbies protettiv kompla b’mod normali u regolat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend