ARA: L-ommijiet f’San Vinċenz De Paul xorta jirċievu r-rigali għal jum l-omm – One News

Notifiki

ARA: L-ommijiet f’San Vinċenz De Paul xorta jirċievu r-rigali għal jum l-omm

Jum l-omm, jum li jfisser ħafna għall-ulied li ħadu l-ewwel nifs tal-ħajja f’din id-dinja grazzi għal dik il-mara li welldithom b’imħabba liema bħala.

Minkejja l-imxija tal-Coronavirus, l-ommijiet f’San Vincenz de Paul xorta waħda ser ikunu jistgħu jirċievu r-rigali mingħand qrabathom anki jekk imċaħħdin mill-kumpanija ta’ wliedhom f’Jum l-Omm. Dan hekk kif il-qraba setgħu jħallulhom ir-rigal tagħhom mal-ħaddiema tal-isptar quddiem il-bieb prinċipali sabiex wara tlett ijiem jinżammu f’kamra apposta, dawn ir-rigali jingħataw lill-ommijiet nhar il-Ħadd.

Mary Grace Vella, waħda minn dawk li marret bir-rigal għall-ommha stqarret kif hija xi ħaġa sabiħa li għalkemm mhux ser ikunu jistgħu iqattgħu l-jum magħha xorta waħda jistgħu juruha li qed jaħsbu fiha.

Hija spjegat: “Jekk aħna fil-mother’s day issoltu konna noħorġuhom jew inkella nagħtuhom xi rigal, ‘at least’ għandi l-opportunità, li nistgħu niġu hawnhekk u nagħtuhom ir-rigal, ovvjament bis-‘safety’ tagħha.”

Lucia Said li wkoll għandha ommha residenti f’San Vinċenz de Paule stqarret magħna kif għalkemm dan huwa żmien diffiċli ħafna għaliex ma tistax tgawdi lil ommha kemm tixtieq, il-ħaddiema ta’ San Vinċenz de Paul qed jagħmlu minn kollox biex tkun tista’ żżomm kuntatt ma’ ommha xorta waħda.

Lucia stqarret: “Id-diffikultà hi li l-mama tiegħi għalkemm ikolli komunikazzjoni magħha, hi ma tismax, u għalkemm għandha hearing xorta hija diffiċli però they are very helpful ħafna, speċjalment in-nurses, l-NO.”

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Silvio Parnis stqarr kif anke f’dan iż-żmien huwa kruċjali li l-anzjani jkunu jistgħu jżommu kuntatt ma’ qrabathom.

Huwa sostniet: “Aħna wkoll ħadna ħsieb li għal din il-festa ġol-homes tal-anzjani u ġewwa San Vincenz il-familjari tagħna ikunu jistgħu jieħdu rigal ċkejken lir-residenti tagħna. Ħadna ħsieb ukoll li nżommu wkoll mal-kwarantina billi dawn jitpoġġew f’post biex sa tnejn u sebgħin siegħa jkunu jistgħu jitnaqqsu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend