AĠĠORNAT: Pustiera ta’ 19-il sena tmut wara li waqgħet minn fuq vettura – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Pustiera ta’ 19-il sena tmut wara li waqgħet minn fuq vettura

Tfajla ta’ 19-il sena mill-Qrendi tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Marsa l-Ħamis filgħodu.

L-inċident traġiku li ħasad ħajjet Elenia Briffa seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa, meta t-tfajla li taħdem bħala pustiera tilfet il-kontroll tal-vettura tal-għamla Paxter li kienet qed issuq. Il-vettura nqalbet bil-konsegwenza li t-tfajla spiċċat maqbuda taħtha.

L-inċident seħħ propju ftit metri ‘l isfel mill-kwartieri tal-Malta Post.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżda sfortunatament aktar tard, il-Pulizija kienet infurmata mill-awtoritajiet tal-isptar li t-tfajla tilfet ħajjitha.

Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farruġia Frendo li qiegħda tmexxi inkjesta, mgħejjuna minn diversi esperti li ħatret.

Intant fi stqarrija l-kumpanija Malta Post sellmet il-memorja ta’ waħda mill-ħaddiema tagħha u esprimiet id-dieqa għall-mewt ta’ Briffa.

B’reazzjoni għal dan l-inċident il-midja soċjali wkoll mtliet b’għexieren ta’ messaġġi jesprimu dispjaċir għal Elenia Briffa li ħajjitha ntemmet f’qasir il-għomor waqt li kienet qed taqdi dmirijieta ta’ pustiera.

Fost dawn spikka l-messaġġ ta’ Maria Scerri, li qalet kif din kienet l-agħar ġurnata ta’ ħajjitha għax tilfet anġlu sabiħ minn ħajitha.

“Inwiegħdek li postok f’qalbi ma joħodulek ħadd u naf li int ukoll. Issa qiegħda tieħu ħsiebi minn hemm fuq. Inħobbok anġlu tiegħi.”

Aqra wkoll:

“Issa qiegħda tieħu ħsiebi minn hemm fuq” il-ħabiba tal-pustiera li mietet

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend