Notifiki

L-inċidenti tat-traffiku naqsu bi 8.2% fl-ewwel kwart ta’ din is-sena

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-inċidenti tat-traffiku naqsu bi 8.2% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO li spjega li bejn Jannar u Marzu li għadda kien hemm 3,357 inċident tat-traffiku.

In-nies li ndarbu minn inċidenti tat-traffiku naqsu bi 15% u fl-ewwel kwart tas-sena l-inċidenti li fihom weġġgħu n-nies ammontaw għal 306.

It-total ta’ persuni li weġġgħu gravi ammotnaw għal 59 fejn 36 persuna kienu xufiera, 9 persuni passiġġiera u 14-il persuna oħra kienu jew nies mexjin fit-triq jew ċiklisti.

Żewġ persuni oħra mietu minn inċidenti tat-traffiku li seħħew fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena.

Żewġ terzi tan-nies li ndarbu f’inċidenti tat-traffiku kienu rġiel u l-età tal-biċċa l-kbira ta’ dawk li weġġgħu gravi kienet bejn il-41 u d-59 sena.

Il-biċċa l-kbira tal-inċidenti tat-traffiku involvew karozzi tal-passiġġiera (70.3%) segwiti mill-muturi (22.5%) u vetturi li jġorru l-merkanzija bħal vannijiet u trakkijiet (4.6%).

L-aktar postijiet li raw inċidenti tat-traffiku kienu Birkirkara, Ħal Qormi u l-Mosta filwaqt li l-aktar ħin li seħħew inċidenti kienu bejn 12:00 u eżatt qabel it-3:00 ta’ waranofsinhar u l-inqas perjodu ta’ ħin li seħħew inċidenti kien bejn it-tlieta ta’ filgħodu u eżatt qabel daqqu s-sitta ta’ filgħodu.

Fir-raħal kwiet tal-Għarb, San Lawrenz u fil-belt siekta tal-Imdina ġie rrappurtat biss inċident wieħed tat-traffiku f’kull post.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend