L-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu parlamentari ta’ Chris Cardona se ssir l-Erbgħa 13 ta’ Mejju – One News

Notifiki

L-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu parlamentari ta’ Chris Cardona se ssir l-Erbgħa 13 ta’ Mejju

L-għadd tal-voti fl-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu parlamentari ta’ Chris Cardona se ssir nhar l-Erbgħa 13 ta’ Mejju mid-9:00 ta’ filgħodu ‘l quddiem.

Dr Cardona rriżenja mill-Parlament nhar il-Ħamis li għadda iżda huwa xorta se jibqa’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista.

Il-Kummissjoni Elettorali qalet li minn għada ser tirċievi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela’ dan il-post ta’ membru parlamentari fuq it-tmien distrett elettorali.

Il-kandidati jistgħu jressqu n-nomini tagħhom bejn l-Erbgħa 6 ta’ Mejju u t-Tnejn 11 ta’ Mejju 2020, fl-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofsinhar.

Il-Ħadd 10 ta’ Mejju l-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali ma jiftaħx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend