Fl-Amerika joqtlu uffiċjal tas-sigurtà għaliex ma ħalliex persuna tidħol f’ħanut mingħajr maskra – One News

Notifiki

Fl-Amerika joqtlu uffiċjal tas-sigurtà għaliex ma ħalliex persuna tidħol f’ħanut mingħajr maskra

Fl-Istati Uniti omm, binha u r-raġel tal-omm ġew akkużati li qatlu uffiċjal tas-sigurtà wara li ma ħalliex lil bintha tidħol f’ħanut minħabba li ma kellix maskra li tgħatti l-wiċċ minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Calvin Munerlyn ta’ 43 sena miet wara li sparawlu f’ħanut f’Michigan, post li ntlaqat ħafna mill-pandemija tal-Coronavirus.

Huwa ġie attakkat wara li qal lil bint Sharmel Teague ta’ 45 sena, li ma setgħetx tidħol fl-istabbilment għaliex il-maskra hija mandatorja.

Il-mara qed tiġi akkużata b’dan il-qtil flimkien ma’ binha Ramonyea Bishop ta’ 23 sena u żewġha Larry Teague ta’ 44 sena li attakkaw lil Munerlyn b’konsegwenza li dan tilef ħajtu.

Teague huwa mixli wkoll li m’obdiex l-ordni tal-gvernatur li trid tintlibes il-maskra sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-Coronavirus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend