Cleaven Mallia ta’ 22 sena minn Santa Venera nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ traffikar ta’ droga.
Il-pulizija qalet li rċeviet informazzjoni li l-akkużat qed jittraffika d-droga u jżomm id-droga f’garaxx Ħal Balzan.
Ilbieraħ il-pulizija ċċirkondat lill-akkużat fil-pjazza ta’ Santa Venera.
L-avukat Franco Debono li deher għall-akkużat talab għall-ħelsien mill-arrest għax għandu kondotta nadifa. Filwaqt li faħħar il-ħidma tal-qrati f’ċirkostanza li għaddejjien bħalissa.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud qal li l-lock up tal-qorti li b’mod temporanju qed iservi ta’ ħabs jinsab fi stat tajjeb.