Arrigo jwaqqaf lill-ġurnalisti milli jsaqsu… jikkundannah ukoll l-IĠM  – One News

Notifiki

Arrigo jwaqqaf lill-ġurnalisti milli jsaqsu… jikkundannah ukoll l-IĠM 

Il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo ma riedx iwieġeb mistoqsijiet dwar l-immigrazzjoni u waqqafna milli nsaqsu fuq dan.

Jiem ilu, Adrian Delia qal li l-immigranti f’nofs ta’ baħar għandhom jiġu salvati u jinżammu fuq vapur barra minn pajjiżna iżda s-Sibt li għadda ikkundanna d-deċiżjoni tal-Gvern.

B’rabta ma’ dan, ONE News staqsa mistoqsija lil Robert Arrigo.

Huwa kien mistoqsi: “Il-Partit Nazzjonalista jaqbel mal-pożizzjoni tal-Gvern li l-ewwel tiġi s-soluzzjoni tar-rilokazzjoni tal-immigranti imbagħad isiru l-iżbarki? Jew jaqbel li l-immigranti jidħlu imbagħad jekk tiġi s-soluzzjoni naraw? Konna ftit perplessi bl-inkonsistenza ta’ Adrian Delia fl-aħħar jiem, l-ewwel isemmi li l-immigranti f’nofs ta’ baħar għandhom jiġu salvati u jinżammu fuq vapur barra minn pajjiżna imbagħad kkundanna d-deċiżjoni tal-Gvern li propju jsalva 57 immigrant u jitrasferixxihom fuq bastiment ‘il barra mill-kosta Maltija.”

 Iżda Robert Arrigo waqqaf lil dan l-istazzjon milli jsaqsi mistoqsijiet dwar l-inkonsistenza tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fuq l-immigrazzjoni.

Huwa qal: “M’għandekx mistoqsija fuq dan is-settur? Francesco Net mela.”

 Intant l-aġir ta’ Robert Arrigo ġab il-kundanna tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin li fisser kif huwa diżappuntanti u inaċċettabbli mill-Partit Nazzjonalista.

Dan kollu sar fl-isfond li l-Kap Adrian Delia prova jagħti l-impressjoni li jrid iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend