Tliet żgħażagħ ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li kellhom inċident bil-karozza fl-Imġarr Għawdex.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-11:30pm fi Triq ix-Xatt, ħdejn it-terminal tal-vapur.
One.com.mt jinsab infurmat li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, b’karozza minnhom tat-tip Honda Civic spiċċat wieqfa ma’ ħajt. Fil-ħin tal-inċident fil-karozza kien hemm tliet żgħażagħ, wieħed ta’ 18-il sena u ieħor ta’ 17-il sena mix-Xagħra u żagħżugħ ieħor ta’ 19-il sena minn Kerċem.
Fuq il-post immedjatament wasslu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu liż-żgħażagħ mill-karozza, flimkien ma’ ambulanzi b’tim mediku li ħaduhom l-isptar.
Iż-żagħzugħ ta’ 17-il sena sofra minn ġrieħi gravi, iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ma sofra ġrieħi ħfief, filwaqt li ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena ma sofra ebda ġrieħi.