Malta tesprimi tħassib dwar possibiltà t’għaqda tax-Xatt tal-Punent mal-Iżrael – One News

Notifiki

Malta tesprimi tħassib dwar possibiltà t’għaqda tax-Xatt tal-Punent mal-Iżrael

Malta esprimiet it-tħassib tagħha għall-possibiltà li x-Xatt tal-Punent jew partijiet minnu jingħaqdu mal-Iżrael.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qal li kemm il-darba din il-possibiltà tinbidel f’realtà nkunu qed nisfidaw il-liġi internazzjonali u mmorru kontra riżoluzzjonijiet maħruġa mill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda li huma favur soluzzjoni ta’ żewġ stati biswit xulxin, dak Palestinjan u Iżraeljan.

Dawn ir-riżoluzzjonijiet huma konformi mal-fruntiera kif kienet qabel l-1967 meta kien hemm il-gwerra ta’ sitt’ijiem bejn il-qawwiet Iżraeljani u dawk Għarab.

Malta appellat lill-Palestinjani u l-Gvern Iżraeljan biex ipoġġu madwar mejda u jneħħu kull proposta li tista’ titfa’ lura n-negozjati dwar il-paċi.

+Il-Gvern Malti saħaq li jibqa’ disponnibbli u joffri kull għajnuna biex jiffaċilità l-paċi, is-sigurtà u l-istabbilità fl-Lvant Nofsani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend