Jiżżewġu f’nofs il-pandemija – One News

Notifiki

Jiżżewġu f’nofs il-pandemija

Hekk kif bħalissa ninsabu f’pandemija, bosta koppji pposponew it-tieġ tagħhom. Iżda l-COVID-19 ma qatgħetx qalb Leanne u Matthew Cassar li żżewġu xorta waħda. Minkejja li żżewġet f’ċirkostanzi kemmxejn differenti minn kif aħna mdorrijin, Leanne ddeċidiet li tilbes libsa bajda xorta waħda.

Il-qassis li żewwiġhom, Fr Chris Ellul, ikkonferma dan fuq il-midja soċjali filwaqt li fisser l-apprezzament għall-ħbiberija tagħhom kemm waqt mumenti sbieħ kif ukoll f’mumenti diffiċli.

Fr Chris irringrazzja lil Leanne tal-ferħ, is-sapport, sinċerità u s-sensittività tagħha. Filwaqt lil Matthew irgrazzjah għall-għajnuna u l-ħbiberija.

Huwa awguralhom ħafna snin flimkien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend