Fl-2018 l-industrija tat-tonn ħalliet €228,583 miljun ewro fl-ekonomija Maltija.
Dan ħareġ minn statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-istatistika fil-Jum Dinji tat-Tonn. Bejn l-2015 u l-2018, din l-industrija kibret b’€117,494 miljun ewro. F’dan iż-żmien ukoll Malta kważi rduppjat l-ammont ta’ tonn li tesporta lejn il-Ġappun.
Tul l-2018 l-esportazzjoni tat-tonn mill-irziezet tal-ħut fl-ibħra Maltin lejn il-Ġappun żdied b’aktar minn 10% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
L-istatistika turi kif fl-2018, 93% tat-tonn mill-irziezet kien esportat għall-Ġappun. Filfatt l-NSO innota wkolla li bejn l-2017 u l-2018 l-esportazzjoni tat-tonn lejn dan il-pajjiż żdiedet bi 12%.
Is-sbatax-il elf kilogramma tonn li fl-2018 kien esportat lejn il-Ġappun ġew minn totall ta’ sitt irziezet madwar il-Gżejjer Maltin. Bejn l-2015 u l-2018 dawn żiedu bi tnejn.