Raġel ta’ 42 sena minn Ħal Qormi tressaq il-Qorti akkużat li fil-11 ta’ April li għadda ikkommetta stupru fuq mara u kkaġunalha ġrieħi ħfief.
Il-Qorti semgħet ukoll li r-raġel huwa riċediv. L-allegat każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar f’Ħal Qormi.
Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest abbażi ta’ garanzija personali ta’ sebat elef ewro.
Il-Maġitrat Ian Farrugia ħareġ ukoll ordni ta’ protezzjoni lill-vittma u qrabatha li jgħixu magħha.
L-imputat kien ordnat ukoll jiffirma l-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi darbtejn fil-ġimgħa.
Ismu mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti.