Ingliża ta’ 48 sena li tgħix Pembroke tressqet il-Qorti wara li allegatament fl-ewwel ta’ Mejju attakkat uffiċjal tal-Pulizija u kkaġunatilha ġrieħi ħfief.
Hija ġiet akkużata wkoll li kisret il-paċi pubblika. L-allegat każ seħħ fi Triq San Ġorġ f’Paceville, meta allegatament l-akkużata kienet taħt l-influwenza tax-xorb.
Hija wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjubda kontriha u ngħatat il-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ordnat ukoll li din titqiegħed taħt il-ħarsien ta’ uffiċjal tal-probation u li tiffirma l-għassa ta’ San Ġiljan darbtejn fil-ġimgħa.