Aktar minn 78,000 siegħa f’ħidma ta’ manutenzjoni u tindif fil-komunitajiet – One News

Notifiki

Aktar minn 78,000 siegħa f’ħidma ta’ manutenzjoni u tindif fil-komunitajiet

Aktar minn 25 kunsill lokali ġew mgħejjuna direttament minn kumpanija lokali tat-tindif grazzi għall-kollaborazzjoni tagħhom mal- Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, 600 ħaddiem mill-kumpanija privata OZO Group qed jassistu lil aktar minn 25 kunsill lokali f’ħidma ta’ tindif u manutenzjoni fil-lokalitajiet tagħhom.

B’kollox, dawn il-ħaddiema s’issa ddedikaw aktar minn 78,000 siegħa ta’ ħidma lejn il-komunità, mingħajr ħlas.

Dr Dalli qalet, “Li tara kumpaniji Maltin f’mumenti bħal dawn iqumu għall-okkażjoni u jagħtu l-għajnuna u jikkontribwixxu lura lill-lokalitajiet hija xi ħaġa li jien nemmen fiha għaliex wara kollox għandek ir-responsabbiltà ta’ dawn il-kumpaniji li jkunu qegħdin jgħinu soċjalment lill-komunità li jkunu qed jaħdmu fiha.”

Is-sindki ta’ Ħaż Żebbuġ u l-Ħamrun li l-lokalitajiet tagħhom gawdew minn dan it-tindif,  esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom għall din l-inizjattiva.

Is-Sindku Żebbuġi, Malcolm Paul Galea stqarr, “Warajja bħalissa għandna l-ħaddiema qed jaħdmu. Dawn qed jagħmlu manutenzjoni fil-lat ta’ xogħol ta’ żebgħa f’diversi positijiet ġewwa Ħaż-Żebbuġ.”

Dan filwaqt li s-Sindku Ħamruniż, Christian Sammut qal,”Grazzi għal Miriam Dalli u kif ukoll għal Ozo Group qegħdin naraw ħaddiema li jduru madwar ir-raħal tagħna dejn qed jagħmlu l-indafa u affarijiet li forsi konnha ilna nistennew biex nagħmluhom. Bħal żebgħa, tindif, qtugħ ta’ ħaxix u ħafna affarijiet oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend