Ġiet imnedija l-app il-ġdida li tindikalek jekk għandekx bżonn tagħmel it-test għall-Coronavirus f’Malta.
Fuq din l-app, bl-isem COVID-19 Check, wieħed jiġi mitlub sabiex jimmarka x’tip ta’ sintomi għandu, fosthom qtugħ ta’ nifs, deni u sogħla. Wara dan, jekk wieħed juri xi sintomi relatati ma’ dan il-virus, jiġi mitlub sabiex iċempel 111 biex jieħu t-test.
Din hija l-website app li għandek tuża biex tiċċekkja r-riskju tiegħek għal Covid-19. Hija aċċessibbli minn kullimkien u minn kwalunkwe apparat, kompjuter, laptop jew smartphone.
Iċċekkja s-sintomi tiegħek illum u ħu ħsieb; http://covid19check.gov.mt/.
Il-website app tagħtik informazzjoni magħmula għalik sabiex inti tkun tista’ tieħu l-aħjar deċiżjonijiet għas-saħħa tiegħek u għal dawk ta’ madwarek.