L-uffiċċju Ewropew għall-Ażil irrapporta tnaqqis ta’ kważi bin-nofs tal-applikazzjonijiet għall-ażil matul Marzu.
F’Marzu daħlu erba’ u tletin elf, seba’ mija u sebgħa u tletin applikazzjoni li fisser tnaqqis ta’ tlieta u erbgħin fil-mija fuq ix-xahar ta’ qabel.
L-uffiċċju Ewropew għall-Ażil qal li dan it-tnaqqis seħħ hekk kif bosta stati membri għamlu miżuri kontra t-tixrid tal-Coronavirus