Il-qaħba milli jkollha, ma tridx li jkollok int – One News

Notifiki

Il-qaħba milli jkollha, ma tridx li jkollok int

Il-Qaħba milli jkollha, ma tridx li jkollok int.

Tafu min hu Didier Reynders?  Il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-ġustizzja u laħaq flimkien ma’ Helen Dalli.

Tafu minn fejn hu?  Mill-Belġju.

Tafu x’kien fil-politika tal-Belġju?  Okkupa diversi nkarigi bħala Ministru, anke tal-Affarijiet Barranin, u l-aktar li tolqotni llum huwa li kien Ministru tal-Finanzi. Kien ilu Ministru tal-Finanzi mill-1999 sal-2011.

Għaliex smajna bih dan l-aħħar?  Għax ġurnali Maltin li jilgħaqu l-warrani tal-barrani,  minn dejjem u mhux illum biss,  li jistħu jistaqsi bl-ilsien Malti fuq ħwejjeġ Maltin,  ġabu li dan il-Kummissarju qal li Malta, Ċipru, u l-Bulgarija għandhom iħassru l-liġi u s-sistema tal-passaport li jingħataw għall-investiment fil-pajjiż. Robert Abela wieġbu li se jirranġa s-sistema imma mhux se jneħħiha.

Kiltu lsieni ngħid li l-Ewropej jippruvaw jgħallmuna nbennu. Kulħadd  jiġi u jgħid li “suppost tagħmlu hekk!”  “Intom mhux qegħin mar-regoli.”  U l-qawl Malti jgħidlek li l-qaħba milli jkollha tagħtik! Jiġifieri d-dnubiet tagħha twaddabhom fuqek.

Imma issa nivvintaw qawl ieħor. Dak li hu tajjeb għand il-qaħba, ma tridx li jkun għandek!

Mela dan l-eks Ministru tal-Finanzi tal-Belġju mill-1999 sal-2011 f’pajjiżu hemm sistema tixbaħ ħafna lil tal-passaporti Maltin lill-barranin.

Min imur u jinvesti sa (€500,000) fil-Belġu tul ħames snin, u mhux fi proprjetà bħaċ-ċwieċ tal-Portugal li għollew il-prezzijiet tal-bini, dak jingħata residenza permanenti fil-Belġu tiswa għal ħames snin.  Din tkun qisha l-identity card tagħna u tingħata suppost għal min għandu rabtiet mal-pajjiż tal-Ewropa. Il-Belġju malajr dawwarha favur tiegħu.

Ir-residenza permanenti ma tfissirx li dak li jeħodha għandu obbligu li joqgħod il-Belġju !  Xejn. Bħalu jkollhom dritt il-familja kollha tiegħu. U biha jistgħu jmorru fil-pajjiżi kollha ta’ Schengen!  L-istess bħalma l-Maltin isiefru lejn l-Italja bil-karta tal-Identita`.

Wara 5 snin, min ikollu dik il-Kard jista’ jieħu wkoll iċ-ċittadinanza !!!

Ara veru  li l-qaħba għajjura u milli jkollha, ma tridx li jkollok int .

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

1 Comment

  1. Bħal dejjem ilqatt il-musmar fuq rasu dott! Iżda t-traġedja ta’ Malta hija li wħud minn uliedha stess dejjem rewħu kontriha mal-barrani. Kważi mis-snin għoxrin ‘l hawn ma’ waqfu xejn kull meta kienu min taħt u dejjem żammew mal-barrani. Jekk m’inix sejjer żball wieħed biss minnhom kien qal li ma’ kienx jgħid kontra Malta barra minn xtutna u kollha nafu kif kien spiċċa (allavolja wara ħafna kienu reggħu ftakru fih) u int dott taf iktar minni.

Leave a Reply to Matteotti Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend