Investigazzjoni li tikkonferma l-falliment fil-kontabbiltà u governanza fi żmien il-PN – One News

Notifiki

Investigazzjoni li tikkonferma l-falliment fil-kontabbiltà u governanza fi żmien il-PN

Investigazzjoni oħra ppubblikata llejla mill-Awditur Ġenerali dwar il-proġett tal-Isptar Mater Dei kkonfermat għal darb’oħra l-falliment fil-kontabbilità u l-governanza fi żmien l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista,qal dan fi stqarrijal-Partit Laburista.

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali llejla dwar investigazzjoni supplimentari fuq il-bini tal-Isptar Mater Dei tikkonferma wkoll l-inkompetenza u s-serq ta’ miljuni kbar ta’ flus il-poplu Malti u Għawdxi fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti.

L-investigazzjoni tal-Uffiċċju tal-Awditur li saret fuq talba tal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kkonkludiet li l-proġett tal-bini tal-Isptar Mater Dei sewa lill-poplu Malti u Għawdxi €583 miljun – ħames darbiet aktar minn dak stmat il-valuri kuntrattwali oriġinali.
L-Awditur jinnota wkoll li l-proġett tlesta 15-il sena wara mindu ġie ffirmat l-ewwel ftehim relatat mal-proġett.

“L-Awditur jgħid ċar u tond li dan il-proġett fil-qasam tas-saħħa kien ikkaratterizzat minn problemi ta’ kwalità, spejjeż ogħla u oħrajn ta’ skadenzi. Sostna li dawn l-elementi huma sinonimi ma’ nuqqasijiet marbuta mal-immaniġġjar tal-kuntratt, tal-proġett u ta’ governanza”, sostna l-Partit Laburista.

Saħansitra r-rapport li jinkludi studju komparattiv jiżvela li l-ispejjeż għad-disinn u l-bini tal-isptar qabżu benchmarks internazzjonali marbuta mal-ispazju għal kull sodda u l-ispiża għal kull metru kwadru.

Qal li din is-sitwazzjoni ġiet riflessa wkoll meta dawn il-parametri tqabblu fuq livell nazzjonali mal-ispejjeż għad-disinn u l-bini taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
F’dan ir-rigward, l-Awditur Ġenerali saħansitra jikkonkludi li “l-ispejjeż tal-Isptar Mater Dei għal kull metru kwadru qabżu dawk taċ-Ċentru tal-Onkoloġija bi 30 fil-mija”

Minbarra dan, ġie stmat li l-ispejjeż għall-bini tal-Isptar Mater Dei kienu ogħla b’€97 miljun meta mqabbla maċ-Ċentru tal-Onkoloġija.

“Dan l-investigazzjoni supplimentari fuq dan l-isptar hija turija ċara tal-falliment fil-kontabbilità u negliġenza gravi fit-tmexxija tal-fondi pubbliċi fi żmien Gvern Nazzjonalista. Għal darb’oħra, din l-investigazzjoni turi li l-Partit Nazzjonalista m’għandu l-ebda kredibbiltà li jitkellem dwar il-qasam tas-saħħa ta’ pajjiżna li llum, bl-għaqal fit-tmexxija finanzjarja ta’ dan il-Gvern indirizza bosta nuqqasijiet li kienu ilhom snin biex jiġu indirizzati”, Temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista

Aqra wkoll:

L-isptar Mater Dei sewa ħames darbiet aktar minn dak previst – l-Awditur Ġenerali

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Jekk mhu ser jitressaq ħadd quddiem il-qorti dan kollu paroli fil-vojt! Il-poplu xeba bl-ippuntar tas-swaba biss.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend