Il-PN ikompli jattakka s-sejħa pubblika għall-Kummissarju tal-Pulizija – One News

Notifiki

Il-PN ikompli jattakka s-sejħa pubblika għall-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Partit Nazzjonalista kompla jattakka l-proċess ta’ sejħa pubblika għall-pożizzjoni ta’ Kummissarju tal-Pulizija ġdid.

Għall-ewwel darba fl-istorja, il-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija ser timtela’ wara sejħa pubblika u bi proċess ta’ skrutinju mill-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi fil-Parlament.

Proċess mhux biss konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja iżda jmur pass ‘il quddiem hekk kif il-Prim Ministru reħa minn idu l-veto dwar l-għażla tal-ogħla kariga fil-korp.

Fil-Parlament id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fetaħ attakk fuq il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u qal li din is-sejħa hija illegali.

Hu stqarr: “Fl-opinjoni tiegħi illegali.”

 Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri wieġeb għall-attakki ta’ Karol Aquilina u qal li din hija kummissjoni indipendenti.

Huwa sostna: “Qed jiżgwida lill-Kamra għax mhux il-Ministru li jindaħal x’tagħmel il-PSC. Huwa b’mod perikoluż li tgħid li għamilha l-Ministru.”

 F’dagħdigħa sabiex jattakka l-proċess ta’ sejħa pubblika, Karol Aquilina attakka ukoll il-korp tal-pulizija.

Aquilina kompla jgħid: “Il-korp falla.”

Min-naħa tiegħu l-Ministru Byron Camilleri rringrazzja lill-korp tal-pulizija ta’ ħidmiethom u qal li kien dan il-Gvern għandu r-rieda sabiex ibiddel l-affarijiet.

Il-Ministru Camilleri saħaq: “Dejjem il-Kummissaru nħatar mill-Prim Ministru u issa kien Robert Abela li kellu r-rieda li jbiddel kif jinħatar u jneħħi l-poter.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dan Carol Aquilina tant hu fgat bil-frustrazzjoni u fallimenti tieghu li jinfex jattakka lil kulhadd. M’ghandekx cans terga’ titla’ Carol ghax dardart lin-nazzjonalisti li vvutawlek. Issa hu pacenzja u sod halqek. Li kont minnek ghid lil siehbek Simon it-Traditur biex jipprova jsiblek xi job fi Brussels.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend