91% tal-kumpaniji jgħidu li ma keċċewx ħaddiema minħabba l-pandemija – studju tal-MEA – One News

Notifiki

91% tal-kumpaniji jgħidu li ma keċċewx ħaddiema minħabba l-pandemija – studju tal-MEA

L-istħarriġ ta’ min iħaddem  evalwa l-impatt tal-pandemija fuq n-negozji u kumpaniji Maltin permezz ta’ stħarriġ li pparteċipaw fih tliet mija u sitt u erbgħin kumpanija minn oqsma differenti.

18% tal-kumpaniji li pparteċipaw f’dan l-istħarriġ kienu kumpaniji u negozji tal-bejgħ, 16% kienu tal-manifattura, 14% tas-servizzi professonali u 13% tal-ospitalità u t-turiżmu, fost oħrajn.

Mistoqsija jekk naqsux is-sigħat ta’ xogħol tagħhom minħabba l-effetti tal-Covid-19, 40% tal-kumpaniji u negozji wieġbu li baqgħu għaddejin b’mod normali filwaqt li 36% wieġbu li naqsu s-sigħat tal-ħaddiema kollha.

24% wieġbu li naqsu s-sigħat ta’ ftit mill-ħaddiema tagħhom.

Intant aktar minn nofs il-kumpaniji qalu li bbenefikaw mill-ħlas ta’ pagi lill-ħaddiema fosthom l-għotja ta’ €800.

L-MEA saqsiet ukoll lill-parteċipanti ta’ dan l-istħarriġ dwar jaħsbux li ser ikollhom ikeċċu xi ħaddiema fil-futur jekk din is-sitwazzjoni tibqa’ tippersisti.

31.2% wieġbu li qed jistennew li jkeċċu xi ħaddiema jekk is-sitwazzjoni tibqa’ tiddomina anke wara tmiem Mejju li ġej.

24.3% wieġbu li mhux ser ikunu qed ikeċċu ħaddiema wara Mejju li ġej filwaqt li 44.5% wieġbu li għadhom inċerti dwar dan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend