Mhux minnu li mietet l-ewwel voluntiera Ewropea tal-vaċċin tal-Coronavirus – One News

Notifiki

Mhux minnu li mietet l-ewwel voluntiera Ewropea tal-vaċċin tal-Coronavirus

Rapporti fuq il-midja soċjali dwar il-mewt tal-ewwel voluntiera għat-tfittxija tal-vaċċin tal-coronavirus fl-università ta’ Oxford m’huma xejn ħlief aħbar falza li oriġinat f’sit elettroniku li tikteb rapporti foloz u tippublikahom bħala aħbarijiet.

Il-voluntiera, Dr. Elisa Granato, li hija mikrobijoloġista u l-ewwel persuna fl-Ewropa li tlaqqmet f’test kliniku li qed isir kontra l-imxija tal-COVID-19, xejnet għal kollox l-aħbar falza.

Il-Kap tal-grupp tal-vaċċin ta’ Oxford, il-Professur Andrew Pollard, li qed imexxi dawn il-provi qal li dawn it-tip ta’ rapporti foloz jistgħu jagħmlu ħsara fil-ħidma tal-profesjonisti kontra l-virus.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend