Il-Ħadd filgħaxija ntalbet l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara li żviluppaw xi nirien fir-residenza tal-anzjani Ta’ Saura fir-Rabat.
Immedjatament fuq il-post intbagħtu żewġ vetturi tat-tifi tan-nar mill-istazzjon temporanju ta’ Ħad-Dingli li bdew minnufih bil-ħidma u kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li n-nirien żviluppaw fi scooter ta’ wieħed mill-anzjani li jgħixu f’din id-dar.
In-nirien jidher li kkontrollati f’qasir żmien u minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon, jidher li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.