Thomas Camilleri ta’ 31 sena mill-Gżira nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat bi frodi.
Huwa ġie akkużat li bejn Diċembru li għadda u dan ix-xahar allegatament froda diversi persuni fosthom xufiera tat-taxis u sidien ta’ ħwienet; raġel minn Ħ’Attard, raġel mill-Imqabba, raġel mill-Mosta, persuna barranija mill-Imsida, raġel minn Birkirkara, raġel minn Ta’ Xbiex, raġel minn Bormla, raġel mill-Pieta u raġel ieħor minn Ħaż-Żebbuġ.
Camilleri, li huwa riċediv, ġie akkużat li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest f’sentenza li ngħata mill-qorti f’Settembru illi għaddha.
Huwa wieġeb mhux ħati.