Jingħaqdu b’mod virtwali biex ipaxxu l-widnejn u jroddu ħajr lil dawk li jżommu s-soċjetà tagħna sigura – One News

Notifiki

Jingħaqdu b’mod virtwali biex ipaxxu l-widnejn u jroddu ħajr lil dawk li jżommu s-soċjetà tagħna sigura

Il-membri fi ħdan il-Orkestra Metropolitana ta’ San Pawl ngħaqdu flimkien b’mod virtwali biex jiddedikaw talba f’forma ta’ diska lil dawk kollha li ma jaqfux jaħdmu minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Il-grupp saħqu li grazzi għal dawn in-nies, li jinsabu fuq quddiem nett f’din il-ġlieda, pajjiżna ma rax numru astronomiku ta’ infezzjonijiet u mwiet kawża tal-COVID-19.

Huma qalu li din id-diska hija talba lill-Alla biex ikompli jipproteġi lil pajjiżna f’dan iż-żmien diffiċli u biex b’mod partikolari jħares lil dawk li ta’ kuljum iħabbtu wiċċhom ma’ dan il-virus.

Din id-diska bl-isem ta’ ‘Ġbartna Flimkien Mulej’ tiġbor fiha s-sinnifikat ta’ dawn il-mumenti diffiċli li fihom ninsew id-differenzi kollha tagħna, ningħaqdu biex naħdmu flimkien ħalli nkunu rebbieħa fuq il-pandemija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend