Abdiaziz Hassan Ibrahim Somalu ta’ 29 sena, ġie kkundanat 14-il xahar ħabs wara li ammetta li wettaq tliet serqiet fi tlett ijiem.
Huwa ġie akkużat li bejn nhar it-Tlieta u nhar il-Ġimgħa seraq fliexken tax-xorb minn ħanut f’Ta Xbiex u l-Imsida, u seraq telefon ċellulari minn ħanut fl-Imsida.
Hu ġie akkużat ukoll li huwa riċediv u kiser l-kundizzjonijiet marbuta ma’ sentenza illi ngħatat f’Novembru li għaddha.
Il-Maġistrat Neville Camilleri sabu ħati tal-akkużi fil-konfront tiegħu.