Ferrovija stazzjonata quddiem id-dar ta’ Kim Jong Un qed tqajjem xnigħat dwar saħħtu – One News

Notifiki

Ferrovija stazzjonata quddiem id-dar ta’ Kim Jong Un qed tqajjem xnigħat dwar saħħtu

Ferrovija quddiem ir-residenza tal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un f’Wosan qed tqajjem diversi spekulazzjonijiet dwar saħħtu. Din il-ferrovija li hija tal-familja tal-mexxej tintuża għall-avvenimenti uffiċjali.

Dawn l-ispekulazzjonijiet refgħu rashom għall-ewwel darba fil-15 ta’ April meta Kim Jong Un ma kienx preżenti għall-anniversarju tat-twelid ta’ nannuh, Kim II Sung, il-fundatur tal-Korea ta’ Fuq.

Rapporti fil-midja barranija qed jgħidu li l-mexxej Korean ta’ 36 qed jirkupra minn trattament mediku li sarlu f’qalbu fit-12 ta’ April. Filwaqt li skont uffiċjal Amerikan, Kim Jong Un jinsab f’qagħda kritika. Ix-xnigħat qed jgħidu wkoll illi ċ-Ċina bagħtet grupp ta’ esperti fil-mediċina biex jagħtu l-parir tagħhom dwar il-kundizzjoni tal-mexxej Korean.

Kim, huwa t-tielet ġenerazzjoni fit-tmexxija tal-pajjiż, huwa kien ħa l-poter wara l-mewt ta’ missieru fl-2011, madanakollu s’issa għadu mhux ċar min jista’ jkun is-suċċessur tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend