Mohamed Hussein Abdi ta’ 30 sena mis-Somalja li jgħix San Ġiljan ġie kkundanat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li fil-pussess tiegħu kellu d-droga.
Huwa ġie arrestat l-Ġimgħa filgħaxija f’San Ġiljan wara li nqabad bid-droga kannabis li kienet tidher li ma kinitix għall-użu esklussiv tiegħu. Ġie akkużat ukoll li hu riċediv.
Il-Maġistrat Neville Camilleri sabu ħati.