Id-Delegazzjoni Maltija tal-Assemblea tan-Nobiltà Russa għamlet donazzjoni ta’ maskri kirurġiċi, sanitizers u ikel lill-Arċidjoċesi Maltija – One News

Notifiki

Id-Delegazzjoni Maltija tal-Assemblea tan-Nobiltà Russa għamlet donazzjoni ta’ maskri kirurġiċi, sanitizers u ikel lill-Arċidjoċesi Maltija

Id-Delegazzjoni Maltija tal-Assemblea tan-Nobiltà Russa għamlet donazzjoni ta’ maskri kirurġiċi, sanitizers kif ukoll ikel lill-Arċidjoċesi ta’ Malta li min-naħa tagħha ser tkun qiegħda tqassam dawn l-affarijiet biex tgħin lil dawn il-persuni li ntlaqtu ħażin mill-pandemija tal-Covid-19.

L-Eċċellenza tiegħu l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta Mgr. Joseph Galea-Curmi u s-Segretarju Amministrattiv il-Kavallier Michael Pace Ross irċevew din id-donazzjoni fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana.

Il-Kunsill tad-delegazzjoni jixtieq jirringrazzja lill-membri li taw il-kontribut tagħhom biex din id-donazzjoni setgħet isseħħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend