Fl-Istati Uniti: In-numru ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus qabeż il-50,000 persuna – One News

Notifiki

Fl-Istati Uniti: In-numru ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus qabeż il-50,000 persuna

In-numru ta’ imwiet fl-Istati Uniti kawża tal-Coronavirus qabeż il-50,000 persuna. B’hekk l-imxija tal-Coronavirus fl-Istati Uniti hija l-aktar waħda qerrieda fid-dinja. Dan ħareġ minn studju li sar fl-Università John Hopkins.

Iktar minn 3,000 persuna tilfu ħajjithom fl-aħħar 24 siegħa u l-Amerka għandha iktar minn 870,000 każ ikkonfermat. Madankollu l-White House qed tisħaq li r-rata ta’ mwiet ikkumparatha mal-ammont ta’ każijiet hija fost l-inqas fid-dinja.

Din l-aħbar waslet wara li partijiet tal-Istati Uniti reġgħu bdew jiftħu wara ġimgħat ta’ lockdown.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend